Min ArciMatrici ghal Bazilka
Fuq xewqa ta' missirijietna Qriema llkoll mghammdin fit-Tempju Maestuz dedikat lil San Gorg Martri, qed nkomplu sabiex din Parrocca antika taghna ssir BAZILIKA. Bhala radd il-hajr lil Alla u lil dawk kollha li hadmu aktar minn 600 sena bhala Komunita' Nisranija.
Din il-Parrocca ta' San Gorg kienet ta' refugju spiritwali bejn zewg widien kbar, u fil-qalba tal-port il-kbir. Qdiet il-missjoni spiritwali taghha fl-Assedju l-kbir 1565 mill-qilla tal-Ottomani fejn kellha il-Forti Sant'Iermu taht il-kura tal-parrocca San Gorg. Sahanistra il-kappillan eroj Dun Gwann Cilia safa martri waqt l-imsemmi Assedju.
Parrocci li hargu minn San Gorg hal Qormi :-
Porto Salvo -San Duminku, Valletta
San Pawl Nawfragu, Valletta
Madonna ta' Damaxxena (tal-Griegi), Valletta
Sant' Anna (fil-Forti Sant'Iermu), Valletta
Tal-Vitorja (propjeta tal-Ordni ta' San Gwann), Valletta
San Gejtanu, Hamrun
Santa Venera, f'Santa Venera (li parti minnha kienet wkoll ma' Birkirkara)
San Publiju, Floriana
Trinita' Qaddisa, Marsa
San Sebastjan, Qormi
Kuncizzjoni, Hamrun
Maria Regina Marsa
Santu Wistin, Valletta
Madonna tal-Karmnu Fluer- de lys (parti minn Santa Venera u Birkirkara)
Madonna ta' Fatima (parti mill-Imsida)
**************************************************
Il-knisja Parrokjali li ghandna llum hija it-tielet wahda qabilha kien hemm tnejn ohra fl-istess sit.
Il-Knisja ta' San Gorg flimkien ma dik tal-Kon-katidral ta' San Gwann il-Belt il-faccati taghhom huma attribbwiti lil Gilormu w ibnu Vittorju Cassar u spirati mill-Knisja ta' San Lorenzo Firenze disinn ta' Michaelangelo Buonarroti stil Rinaxximentali u Mannierista.
L-eleganza u s-simetrija tal-faccata tal-knisja ta' San Gorg hija mill-aqwa tant li l-Perit Hugh Braun isejjhilha bhala "The most dignified facade in Malta"
Ninkoraggikom li tiffirmaw din il-petizzjoni.
Comment